Trakk tal-ġebel Quarry truck
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal TRAKK TAL-ĠEBEL għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal TRAKK. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ ponn jew ta’ T bil-pala tal-id tħares ’il ġewwa. L-idejn iduru kontra xulxin fuq pjan orizzontali ’il bogħod minn xulxin bħallikieku qed iżommu steering wheel kbira. (ii) Imbagħad, l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 kemm kemm ikkurvat u jitqiegħdu bil-pala ta’ id tħares lejn l-oħra jew ’il quddiem qisu qed iżommu xi ġebla kbira jew fuq l-ispalla qisu wieħed qed jerfa’ ġebla tal-bini.
The sign for QUARRY TRUCK has two parts. (i) The sign for TRUCK is made first with both hands in the shape of a fist with the palms facing inwards. The hands move round in opposite directions on a horizontal plane apart from each other as though holding a large steering wheel. (ii) Then, the hands take the shape of slightly curved 5 and palms facing each other either forward a little apart as though holding a large stone or placed over the shoulder as though carrying a building stone.